“It-Temp Illum Ġeneralment Bnazzi B’Xi Sħab Għoli…” – Aġġornament Tat-Temp Fil-Gżejjer Maltin

Bajja

Skont l-aħħar aġġornament mill-paġna It-Temp Madwarna, illum mistenni jkun jum ġeneralment bnazzi b’xi sħab għoli jgħaddi fuq il-gżejjer Maltin matul il-ġurnata.

It-temp se jibqa’ stabbli u ideali għal min qed jippjana attivitajiet fil-beraħ jew ħin fuq il-baħar. Ir-riħ se jkun moderat forza 4 mill-Majjistral (NW), iżda aktar tard matul il-jum mistennija jonqos gradwalment għal forza 3 sa 2.

Il-baħar se jibqa’ moderat, speċjalment fiż-żoni esposti għar-riħ Majjistrali. It-temperaturi se jibqgħu pjuttost għoljin għal dan iż-żmien tas-sena, bl-ogħla temperatura tilħaq it-30°C waqt li matul il-lejl tinżel għal madwar id-19°C.

It-temperatura tinħass saħansitra aktar sħuna, sa 31°C matul il-jum. Attenzjoni wkoll għall-indici UV li llum jinsab fuq livell 9, meqjus għoli ħafna.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI