Malta Trust Foundation ilaqqgħuna ma’ Jake Camilleri, li meta kellu 8 snin kien irrakkonta l-istorja tiegħu fuq it-televiżjoni. L-għalliema għadhom jagħrfuh sal-lum meta jarawh.
Jake kien spjega l-kundizzjoni tiegħu kif ukoll esprima apprezzament lejn il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, li għenitu ħafna.
Erba’ snin wara, Jake jitkellem mill-qalb dwar il-ġid li dejjem sab fil-Malta Trust Foundation. Hu jgħid li għalkemm jafda f’Ġesu, jitolbu ħafna.
“Kull ġimgħa nitlob u nitlob dejjem l-istess ħaġa. Ngħidlu, ‘Ġesu nixtieq li tfejjaqli din il-ħaġa. Naf li kollox għandek pjan għalih, imma nixtieq insibu mod kif infejquha.”
Jake għandu bosta ambizzjonijiet fosthom jgħid li jixtieq li jsir engineer la jikber aktar. Jinsab kburi bl-iskola li jattendi, Savio College, u jistqarr li lkoll qishom familja.
Segwu aktar fil-filmat: