“Tassew Apprezzajt Kull Messaġġ” – Rosman Pace B’Ringrazzjament F’Għeluq Sninu

Rosman Pace

Rosman Pace huwa wieħed mill-kantanti lokali li għal diversi snin ipparteċipa fil-festival nazzjonali tal-Malta Eurovision Song Contest, magħruf qabel bħala Malta Song for Europe u GO Malta EuroSong.

L-ewwel parteċipazzjoni tiegħu kienet fl-2003 bil-kanzunetta Love Will Shine Forever, fejn irnexxielu jasal sal-finali u kiseb it-tmien post.

Matul is-snin ta’ wara, Rosman Pace reġa’ ħa sehem diversi drabi b’kanzunetti bħal: The Sky is the Limit fl-2005, Love Is Just The Way fl-2008, u One Million Ways fl-2009, li kienet fost l-aktar kanzunetti magħrufa tiegħu.



Kellu mbagħad Hypnotized fl-2010 u You’ll Never Know fil-MESC 2011. F’intervista ma’ EuroVisionary, Rosman kien qal li l-Eurovision dejjem kienet ħolma għalih u li xtaq jirrappreżenta lil Malta fuq il-palk internazzjonali.



Barra mill-Malta Eurovision, Rosman Pace rrappreżenta wkoll lil Malta f’diversi festivals internazzjonali tal-mużika fosthom fil-Kroazja, is-Serbja u l-Italja.

Hu jappoġġa t-talent lokali u fuq il-midja soċjali kemm-il darba jfaħħar lill-kantanti li jipparteċipaw f’xi festival, jew jirrappreżentawna.

Ftit ilu qasam post fuq Facebook biex jesprimi kemm hu grat lejn ix-xewqat sbieħ li rċieva.

“Grazzi lilkom ilkoll tal-awguri f’għeluq snini, tassew apprezzajt kull messaġġ. Nawguralkom ħafna mħabba, saħħa u ferħ.”

Awguri mill-qalb Rosman!



Ritratti:

Facebook/ Rosman Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI