Erba’ snin ilu l-kantant u mużiċist Matthew James Borg u martu Lindsey kellhom waħda mill-iżjed ġranet speċjali f’ħajjithom. Dan hekk kif kienu taw kelma lil xulxin u bdew il-vjaġġ ta’ koppja miżżewġa.
Fuq il-midja soċjali huma kitbu messaġġ għal xulxin, biex ifakkru dan il-jum prezzjuż. Lindsey kitbet, “Li ngħix ħajti miegħek, hija l-ħaġa favorita tiegħi Matthew. Il-familja tiegħi, id-dinja tiegħi, id-dar tiegħi. Inħobbok.”
Matthew wkoll ifakkar dan l-anniversarju mill-isbaħ. “Erba’ snin. Happy Anniversary imħabbti, sieħba tiegħi u kollox għalija.” Qasmu ritratti tagħhom flimkien fosthom minn din l-okkażjoni speċjali.
Awguri mill-qalb Matthew James u Lindsey!
Facebook/ Lindsey Borg Brincau