“Ilbist il-Libsa Li Ommi Kienet Liebsa Għat-Tieġ Tal-Ħabiba Tal-Qalb Tagħha” – Carla Genovese

Carla Genovese qasmet messaġġ flimkien ma’ ritratt korrispondenti mas-segwaċi tagħha hekk kif żvelat li kienet liebsa l-istess libsa li ommha kienet liebsa għat-tieġ tal-aqwa ħabiba tagħha snin ilu.

“Ilbist l-istess libsa li ommi kienet libset għat-tieġ tal-ħabiba tal-qalb tagħha,” kitbet Carla. Żiedet tgħid, “Aktar kemm qed nikber fl-età, aktar qed napprezza u ngħożż il-ħajja li ommi għexet qabel ma saret omm.” 



Hija qalet li dejjem ħarset lejn ommha b’ammirazzjoni kbira u l-fatt li setgħet tilbes din il-libsa ħoloq rabta sabiħa mal-mara li kienet qabel l-irwol ta’ omm. B’hekk dan il-ġest sempliċi ħassitu bħala rabta speċjali mal-passat ta’ ommha u mal-memorji li ġġorr magħha.



Dan il-mument ħelu ta’ Carla jfakkar kemm kultant oġġett sempliċi jista’ jġorr fih storja, emozzjonijiet u tifkiriet nostalġiċi li jgħaqqdu ġenerazzjonijiet differenti.



Ritratti:

Fb/ Carla Genovese

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI