Hekk kif sitt ijiem oħra se tkun qed tibda edizzjoni oħra tat-Tazza tad-Dinja, il-Papa Ljun XIV ħabbar li se jkun qed jiddedika t-talb tiegħu dan ix-xahar sabiex dan l-avveniment tal-futbol iservi bħala opportunità ta’ għaqda u paċi fost pajjiżi u kulturi differenti.
Il-Papa tenna dan f’filmat li hu tella’ fuq il-midja soċjali u fi żmien ta’ instabbiltà madwar id-dinja kollha fejn sfortunatament hawn għadd ta’ gwerer f’diversi reġjuni differenti.
“Ejjew nitolbu li l-futbol ikun strument ta’ paċi, inkontru u djalogu bejn popli u kulturi differenti,” sostna l-Mexxej tal-Knisja Kattolika fejn esprima t-tama tiegħu li “l-isport ikun skola ta’ fraternità mhux biss ta’ rivalità”.
Facebook / FIFA World Cup