Doris Cannataci hija eżempju ħaj ta’ kif wieħed m’għandux iħalli l-età twaqqfu milli jwettaq il-ħolm u l-ambizzjonijiet tiegħu. Waqt il-programm Illum Ma’ Steph, Doris titkellem dwar ħajjitha.
Issemmi fost oħrajn kif meta kienet għadha tifla ma kellhiex l-opportunità sabiex tistudja għaliex twieldet fl-eqqel ta’ gwerra dinjija; ma qatgħatx qalbha u meta kibret u għalqet 60 sena poġġiet għall-ewwel darba fil-klassijiet tal-Università ta’ Malta u ftit snin wara rnexxielha tiggradwa ta’ 72 sena u ġġib il-PhD.
Id-determinazzjoni ta’ Doris li tgawdi l-ħajja u ssegwi l-ħolm tagħha spikkaw anke meta tilfet lil żewġha. Hi tirrakkonta li dan għaliha kien mument diffiċli u għamlet jiem sħaħ tibki. Madankollu, Doris issemmi li dak il-ħin għarfet li żewġha ma kienx ikun irid li jaraha hekk.
Għal din ir-raġuni, Doris għarfet tibdel mument daqstant diffiċli f’wieħed sabiħ għaliex minnufih qabdet il-pinna u bdiet tikteb u tirrakkonta fost l-isbaħ memorji li kellha ma’ żewġha. Dawk il-memorji llum il-ġurnata ippubblikathom f’żewġ kotba.
Mingħajr l-iċken dubju li Doris hija ta’ ispirazzjoni għal bosta persuni!
Facebook / Illum Ma’ Steph u Times of Malta