“Il-Fjura Tagħna” – James Aaron Ellul Ilbieraħ Jikteb Messaġġ Ħelu Lil Martu F’Għeluq Sninha

Il-preżentatur lokali James Aaron Ellul qasam messaġġ mimli mħabba u apprezzament lejn martu Sarah Jane fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Fuq il-midja soċjali, James Aaron kiteb: “Awguri lil marti Sarah Jane f’għeluq sninha. Il-fjura tagħna. Ta’ dak kollu li int, u li tagħmel għalina. Inħobbuk ħafna.”



Il-kliem sempliċi iżda sinċier tiegħu ġibed l-attenzjoni ta’ bosta segwaċi, li ngħaqdu miegħu biex jawguraw lil Sarah Jane f’dan il-jum speċjali. Mill-messaġġ jidher ċar kemm Sarah Jane għandha post importanti fil-familja tagħhom, bil-preżentatur jesprimi mhux biss l-imħabba tiegħu lejha iżda wkoll il-gratitudni għall-appoġġ u dak kollu li tagħmel għal dawk ta’ madwarha.



Diversi persuni ħallew kummenti ta’ awgurju taħt il-pubblikazzjoni, filwaqt li oħrajn faħħru r-relazzjoni sabiħa li l-koppja turi pubblikament. Minn naħa tagħna, nawguraw lil Sarah Jane għeluq snin mill-isbaħ, mimli saħħa, ferħ u mumenti sbieħ mal-għeżież tagħha.



Ritratti:

Facebook / James Aaron Ellul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI