Il-kantant u kompożitur lokali Dominic Cini qasam messaġġ mill-qalb biex jawgura għeluq snin missieru, Lawrence Cini. Fuq il-midja soċjali, Dominic esprima l-imħabba u l-apprezzament tiegħu lejn missieru, filwaqt li rringrazzjah għall-valuri u l-gwida li tah tul ħajtu.
“Happy birthday lill-aqwa missier tad-dinja. Grazzi pa talli għamiltni dak li jien illum għax flimkien ma’ ommi mexxejtuni fit-triq it-tajba. Inħobbok Lawrence Cini,” kiteb Dominic.
Il-messaġġ sentimentali juri r-rabta mill-qrib bejn missier u iben, filwaqt li jenfasizza l-irwol importanti li kellhom il-ġenituri tiegħu fil-formazzjoni tal-karattru u l-ħajja tiegħu. Bosta segwaċi ngħaqdu ma’ Dominic biex iwasslu l-awguri tagħhom lil Lawrence f’dan il-jum speċjali.
Minn naħa tagħna, nawguraw lil Lawrence Cini għeluq sninu t-tajjeb, b’ħafna saħħa, ferħ u mumenti sbieħ mal-familja tiegħu.
Facebook / Dominic Cini