L-ikona globali tal-mużika Lionel Richie ser jaghti spettaklu live f’Malta għal serata wahda biss.
L-avveniment ser isir fit-18 ta’ Awwissu fit- Ta’Qali Concert Area u l-kunċert jwiegħed serata maġika b’xi wħud mill-aktar kanzunetti għeżież ta’ Lionel Richie, fosthom Hello, All Night Long, Dancing on the Ceiling, Say You, Say Me, u ħafna aktar.
Rikonoxxut bħala wieħed mill-aktar artisti ta’ suċċess u influwenzjali fix-xena tal-muzika, Lionel Richie biegħ aktar minn 90 miljun rekord madwar id-dinja u jkompli jaffaxxina udjenzi minn ġenerazzjonijiet varji bil-vuċi uniku tiegħu u l-katalogu leġġendarju tal-mużika li ghandu.
L-udjenzi jistgħu jistennew prestazzjoni live straordinarja, mumenti li ma’ jinsewx, u l-atmosfera elettrika li kunċert ta’ Lionel Richie biss jista’ joffri.
Il-biljetti huma disponibbli minn issa minn maltashows.com
Dettalji tal-Avveniment
Artist: Lionel Richie
Data: 18 ta’ Awwissu
Post: Ta’Qali Concert Area
Biljetti: https://maltashows.com/lionel-richie-malta2026
Dan huwa avveniment bilqieghda.
