Rekord Ta’ Madwar 40,000 Persuna Jattendu Isle of MTV Malta 2026 – Katy Perry Tagħti Wirja Spettakolari!

Madwar 40,000 persuna attendew Isle of MTV Malta 2026, li stabbilixxa rekord ġdid ta’ attendenza għall-festival li din is-sena ċċelebra t-18-il edizzjoni tiegħu fuq il-Fosos, fil-Furjana.

Katy Perry

Il-qofol tas-serata kien il-prestazzjoni tal-istilla internazzjonali Katy Perry, li għamlet id-debutt tagħha f’Malta b’kunċert mimli suċċessi mill-karriera tagħha, fosthom California Gurls, Roar u Firework, kif ukoll is-single l-ġdida Watch It Burn.

Magħha fuq il-palk telgħu wkoll id-DJ ta’ fama dinjija AFROJACK, li għalaq is-serata b’sett enerġetiku, u l-kantant Malti AIDAN, ir-rappreżentant ta’ Malta fil-Eurovision 2026, li ppreżenta għażla mill-akbar suċċessi tiegħu flimkien ma’ materjal ġdid mill-album Cowboys Don’t Cry.

Katy Perry

Il-festival, organizzat minn MTV flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jibqa’ l-akbar festival tas-sajf b’xejn fl-Ewropa u jifforma parti minn Isle of MTV Malta Music Week, li jkompli b’diversi avvenimenti madwar Malta sat-26 ta’ Lulju.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI