Kevin Paul għadu kif nieda l-kanzunetta l-ġdida tiegħu IDWK u wieħed jista' jgħid li l-filmat ta' din il-kanzunetta u wieħed kemxejn differenti li ħafna kienu qed jistennew minn dan l-artist. Il-kanzunetta tista' tgħid hi waħda mexxejja u li ħa tinżel għasel mas-semmiegħa u s-segwaċi tal-kantant!
Il-filmat tal-kanzunetta li tistgħu taraw hawn fuq hu wieħed li forsi nistgħu niddiskrevuh aħrax, li joħroġ l-aspett tal-lirika u forsi wkoll simbolu ta' kemm tista' tweġġa' l-imħabba li tħossha tniffidlek sidrek! Nisperaw li Kevin Paul ma tantx kellu minn dawn l-esperjenzi, għax ngħiduha kif inhi, mhux xi ħaġa sabiħa!
Kevin Paul kien qalilna li għandu aktar materjal pjanat fil-futur, nistennew biex ħa joħroġ. Ċertament li din il-kanzunetta hi prova li għandna nkunu eċitati għal dak li għandna nistennew mingħand il-kantant żagħżugħ. Awguri Kevin!