Il-kantanta lokali Sarah Bonnici ħabbret li fid-29 ta’ Ġunju se tkun qed tniedi l-ewwel visual album tagħha bl-isem something i had to lose.
L-album, miktub minn Sarah flimkien mal-produtturi Matthew James Borg u Edward Abela, huwa vjaġġ emozzjonali u personali li jirrifletti l-esperjenzi u t-tkabbir tagħha matul l-aħħar sena.

Ritratt: Instagram/ sarah.bonnici_
Sarah spjegat li dan huwa “l-aktar proġett onest” li qatt qasmet mal-pubbliku. Hija qalet li għal ħafna snin kienet tipprova toħloq mużika li togħġob lil kulħadd, iżda dan l-album għenha terġa’ ssib l-identità artistika tagħha u toħloq mużika li verament tirrifletti lilha nnifisha.
“Din hi l-mużika li trabbejt inkanta,” tispjega Sarah. “Huma l-istili li ġagħluni nħobb il-mużika fil-bidu. Għal żmien twil, kont nibża’ nħaddanhom bis-sħiħ għax ħassejt li ma kinux dak li n-nies riedu jisimgħu. Dan l-album huwa dwar li negħleb dik il-biża’ u fl-aħħar noħloq mużika li titkellem direttament.”
Sarah Bonnici kisbet fama internazzjonali wara li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2024 bil-kanzunetta Loop.
Minn dakinhar kompliet tikseb suċċess b’diversi singles, wirjiet waqt Isle of MTV u rwol bħala coach fuq The Voice Kids Malta, filwaqt li kienet ukoll fost il-kittieba tal-kanzunetta Maltija għall-Eurovision 2026, Bella.
Awguri mill-qalb Sarah! Kompli kun inti!
Facebook/ Sarah Bonnici