“Din Is-Sena Qed Nesperjenzaw Waħda Mill-Isbaħ Migrazzjonijiet Ta’ Friefet Li Rajna F’Dawn L-Aħħar Snin” – Arnold Sciberras

Farfett

Għalkemm il-migrazzjoni tal- Farfett tax xewk) (Vanessa cardui) isseħħ kważi kull sena u spiss tkun aktar qawwija kull sena jew sentejn, in-numri li qed naraw bħalissa huma tassew notevoli.

Flimkien magħha qed jiġu osservati wkoll numri sbieħ ta’ friefet bojod, speċjalment il-farfett tal-kromb (Pieris rapae), speċi li kultant timmigra mal-farfett tax xewk iżda mhux dejjem.

Arnold Sciberras spjega li f’ċirkostanzi aktar rari, il-mewġ migratorju jista’ jġib miegħu wkoll speċi oħra ta’ friefet li rari jersqu l’hawn, filwaqt li kultant anke l-majestuż Danaws (Danaus chrysippus) iżur il-gżejjer tagħna.

“Dawn il-migrazzjonijiet ifakkruna li Malta hi pont naturali bejn l-Afrika u l-Ewropa u kemm il-gżejjer tagħna huma importanti għal ħafna speċijiet migratorji,” żied jgħid Sciberras.

Għalhekk, jekk għadek ma għamiltx hekk, ħu ftit ħin biex iżżur il-kampanja jew sempliċiment osserva l-ġnien tiegħek. Gawdu dan l-ispettaklu naturali sabiħ li bħalissa qed iseħħ fuq il-Gżejjer Maltin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI