L-Ispettur Alfredo Mangion ġie onorat bil-‘Ġieħ taż-Żurrieq’ mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq bħala rikonoxximent għall-intervent immedjat tiegħu f’każ ta’ serq mill-knisja tal-lokalità, minkejja li dak il-ħin ma kienx qed jaqdi dmirijietu.
Skont messaġġ ippubblikat mill-Malta Police Force, l-Ispettur Mangion kien barra l-ħin tax-xogħol meta ġie infurmat li numru ta’ oġġetti kienu nsterqu minn ġewwa l-knisja taż-Żurrieq. Minkejja li ma kienx fuq xogħol dak il-ħin, huwa aġixxa minnufih, fittex lill-persuna involuta u wettaq arrest mingħajr dewmien.
Il-Korp tal-Pulizija sostna li dan l-unur jirrifletti d-dedikazzjoni u l-impenn li ħafna uffiċjali juru lejn il-komunità, anke meta ma jkunux uffiċjalment fuq xogħol.
Fil-messaġġ tiegħu, il-Korp feraħ lill-Ispettur Mangion għal dan ir-rikonoxximent, filwaqt li faħħar din l-azzjoni deċiżiva tiegħu.
Fb/ The Malta Police Force