Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Zejtun Corinthians FC ħabbru deċiżjoni li ttieħdet bejniethom biex tiġi onorata l-memorja ta’ Nazzareno Abela.
Huma spjegaw, “Wara li saret laqgha generali annwali, kien hemm proposta biex Nazzareno Abela jsir President Onorarju tal-klabb, il-membri li kienu prezenti qablu kollha biex b’hekk Nazzareno Abela sar it-tieni president onorarju tal-klabb wara Joseph Gauci.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi mingħand persuni li qablu mad-deċiżjoni u spjegaw li tassew jixraqlu għax kien raġel dħuli b’qalb tad-deheb. Kummenti oħrajn qalu wkoll li kien raġel b’qalbu kbira u twajjeb. Dan it-tifħir kollu juri kemm tassew jixraqlu dan it-titlu.
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem.
Facebook / Zejtun Corinthians FC