Il-kantant lokali Mark Anthony Bartolo qasam mas-segwaċi tiegħu kitba dwar il-vjaġġ ta’ ħajtu, u kif wasal biex sar il-persuna li hu llum.
Hu spjega, “Wara l-kitba tiegħi tal-bieraħ, sibt lili nnifsi nirrifletti dwar parti oħra tal-vjaġġ tiegħi. Kien hemm żmien f’ħajti fejn kont noqgħod fuq wara, riservat, kwiet, u ħafna drabi ħadd ma kien jinnutani. Sibt ruħi komdu fid-dell minflok taħt id-dawl. Ma kienx faċli għalija li nesprimi lili nnifsi.”
Kompla jikteb, “Bilmod skoprejn partijiet minni li dejjem kienu hemm imma qatt ma rnexxieli noħroġhom. Permezz tal-mużika u l-isfidi, u l-ħajja nnifisha, tgħallimt noħroġ miż-żona li kont komdu fiha u naċċetta opportunitajiet li ħsibt li qatt mhu se jirnexxieli nikseb.”
Hu żied jgħid li minkejja li l-vjaġġ mhux dejjem kien faċli, meta jħares lura hu m’għadux jara dik il-persuna kwieta bħala persuna b’nuqqas ta’ kunfidenza iżda xi ħadd li kien għadu qed jiskopri leħnu u l-post tiegħu fid-dinja.
Facebook / Mark Anthony Bartolo