Alex Camilleri Premjat Għall-Aqwa Screenplay Fil-Festival Tal-Films Tribeca Fi New York

Il-kittieb u direttur Malti Alex Camilleri kiseb suċċess internazzjonali ieħor wara li rebaħ il-premju għall-Aqwa Screenplay fil-Festival tal-Films Tribeca fi New York għall-film tiegħu “Żejtune”.

Dan il-premju ngħata waqt wieħed mill-aktar festivals tal-films prestiġjużi fid-dinja, fejn il-produzzjoni Maltija kkompetiet fis-sezzjoni internazzjonali. Meta aċċetta l-unur, Camilleri qal li huwa privileġġ li seta’ jirrakkonta stejjer Maltin quddiem udjenza internazzjonali, filwaqt li rringrazzja lill-kast u lit-tim kollu wara l-film.

Żejtune ilu jikseb rikonoxximent kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, u issa mistenni jkompli l-vjaġġ tiegħu f’aktar festivals internazzjonali matul il-ġimgħat li ġejjin fosthom fi Franza, Spanja u l-Kroazja.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI