“Dan-Nuċċali Kollox Għalija… Jiggwidani Waqt Li Nkun Miexi” – Kezman Mamo

Kezman hu żagħżugħ ottimist u enerġetiku ta’ 16-il sena li ma jħallix il-fatt li hu nieqes mid-dawl t’għajnejh iwaqqfu milli jwettaq il-ħolm tiegħu. Fil-fatt, hu jaspira li jibni karriera fit-turiżmu.

Hekk kif bħalissa għaddejja ġmielha maratona ġbir ta’ fondi tal-Malta Trust Foundation, Kezman tkellem dwar kif nuċċali li ngħata bidillu ħajtu mil-lejl għan-nhar.

Kezman isemmi kif dan in-nuċċali jiggwidah ta’ kuljum meta jkun miexi billi jindikalu meta jkun hemm xi persuna jew oġġett quddiemu.

Iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena jfisser kif permezz ta’ dan in-nuċċali hu jista’ jkompli b’ħajtub bit-tama li l-ħolma tiegħu ssir realtà u jibda jaħdem fl-industrija tat-turiżmu, kif tant jixtieq.

F’dan l-isfond, hu ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu lill-Malta Trust Foundation ħalli għadd ta’ persuni oħrajn ikunu jistgħu megħjuna.



Prosit, Kezman!





Ritratti:

Facebook / Kezman Mamo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI