Jayden twieled bil-kundizzjoni tad-down syndrome. Ommu tistqarr li fil-bidu din l-aħbar ma kinitx waħda faċli għaliha billi hi kien diġà kellha iben ieħor li jbati minn żewġ kundizzjonijiet differenti.
Madankollu, omm Jayden tirikonoxxi li llum il-ġurnata ma toqgħodx mingħajr binha, li minkejja li ma jlissinx kelma waħda, madankollu bil-mossi tiegħu jesprimi ħafna mħabba u emozzjonijiet sbieħ oħrajn.
Omm Jayden titkellem dwar kif binha kellu proprju ħames snin meta għamel l-ewwel passi u titkellem dwar kif dan il-vjaġġ ma kienx wieħed faċli u ġab miegħu bosta sfidi.
Jayden hu wieħed minn bosta li llum qed jagħtu sehemhom fil-maratona ġbir ta’ fondi li qiegħda torganizza l-Malta Trust Foundation fejn kulħadd huwa mħeġġeġ sabiex jgħin ħalli tfal bħal Jayden ikunu jistgħu jingħataw l-għajnuna li tant għandhom bżonn.
Prosit tassew!
Facebook / The Malta Trust Foundation