Fuq il-paġna uffiċjali Soċjeta` Mużikali San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar, tħabbru r-riżultati tal-Kumitat Eżekuttiv.
Huma kitbu, “Nawguraw lis-Sur David Muscat li ġie elett President tas-Sirens FC, kif ukoll lill-President tas-Soċjeta’ Mużikali San Pawl Joseph Vella li ukoll ġie elett biex iservi fil-Kumitat Eżekuttiv.”
Żiedu jgħidu, “Nifirħu wkoll lill-membri Matthew Navarro u Edward Bugeja li ukoll ġew eletti fl-istess Kumitat. Fl-istess waqt, nifirħu u nawguraw lill-membri kollha li ġew eletti fil-karigi rispettivi tagħhom fi ħdan il-klabb, u nħeġġuhom sabiex ikomplu jaħdmu b’għaqda, dedikazzjoni u impenn għall-ġid tas-Sirens FC u tal-komunità kollha.”
Qalu wkoll, “Ninsabu fiduċjużi li bl-esperjenza, il-kapaċitajiet u l-ħidma tagħhom ser ikomplu jsaħħu u jmexxu ’l quddiem lill-klabb lejn aktar kisbiet u suċċessi fil-futur.”
Nawgurawlhom!
Facebook / Soċjeta` Mużikali San Pawl ta’ San Pawl il-Baħar