Grupp studenti tal-Ħdax -il sena mill-Kulleġġ St Elias, għamlu prestazzjoni mill-isbaħ ta’ patrijottiżmu fl-ajruport ta’ Barcelona.
L-istudenti kienu fl-ajruport ta’ Barcelona meta sabu pjanu pubbliku f’dan l-istess ajruport, u wieħed minnhom għażel li jpoġġi u jdoqq mill-qalb l-Innu Malti. Sħabu tal-klassi ma naqsux milli jibdew iċapċpu u jkantaw l-Innu Malti, mal-mużika tal-pjanu.
Il-passiġġieri l-oħrajn fl-ajruport waqfu u nġabru madwar il-grupp, jammiraw il-kant u l-mużika l-ġmiel tagħha, u dehru mpressjonati bil-prestazzjoni spontanja.
Dawn l-istudenti mhux biss wrew it-talenti tagħhom barra minn xtutna, iżda wrew ukoll kemm huma kburin li huma Maltin, u ġiegħlu persuni barranin japprezzaw ukoll din il-kultura sabiħa tagħna.
Prosit kbira!
Facebook / St Elias College – Malta