“Din Id-Dar Waslet Għandna Permezz Ta’ Donazzjoni Ġeneruża” – Caritas Malta

Il-Caritas Malta ħabbru li rċevew dar bħala donazzjoni, mingħand persuna b’qalb tajba. Huma se jkunu qed jużaw din id-dar għal skopijiet ta’ ġid, biex jgħinu lil diversi persuni għaddejjin minn żminijiet diffiċli.

Huma kitbu, “Din id-dar waslet għandna permezz ta’ donazzjoni ġeneruża lill-Caritas Malta u issa se ssir il-proġett ‘Stepping Stone’. Dan se jgħaqqad flimkien ix-xogħol kollu tal-Caritas bil-għan li jipprovdi l-għajnuna lill-persuni li qed jirkupraw mill-abbuż tas-sustanzi. Dan il-proġett se jagħti priorita`lin-nisa, nisa bit-tfal, u persuni żgħażagħ le se jibbenifikaw minn kura sigura bbażata fuq komunita`, li se tgħinhom fis-saħħa mentali u biex jerġgħu jintegraw fil-ħajja b’mod soċjali.”



Nirringrazzjawhom għad-dedikazzjoni tagħhom. M’għandniex dubju li din id-dar se tkun ta’ benefiċċju għal bosta.





Ritratti:

Facebook / Caritas Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI