Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Is-Servizz Publiku qasamu mas-segwaċi tagħhom kurżita interessanti li forsi ħafna ma kienux jafu dwarha.
Huma qalu, “Kont taf li darba d-daħla bejn il-Birgu u l-Isla setgħet tingħalaq b’katina enormi tal-ħadid? Fi żmien il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann, katina kbira kienet tintrabat bejn il-Ponta ta’ Sant’Anġlu fil-Birgu u s-Sur ta’ San Mikiel fl-Isla, bħala parti mis-sistema difensiva tal-port.”
Żiedu, “Din kienet tgħin biex tikkontrolla jew twaqqaf bastimenti tal-avversarji milli jidħlu fil-port f’każ ta’ theddida. Illum il-Port il-Kbir huwa wieħed mill-isbaħ portijiet naturali fid-dinja, iżda għal sekli sħaħ kien ukoll wieħed mill-aktar portijiet difiżi fil-Mediterran. Kont taf b’din il-katina storika?”