Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, is-Sindku Steve Zammit Lupi qasam kelmtejn ta’ gratitudni lejn il-kenniesa kollha li taw kontribut fit-tindif tat-toroq wara tmiem il-festa ta’ San Filep.
Hu qal, “Ħajr lill-kenniesa għat-tindif intensiv li sar fit-toroq għat-tmien lejl konsekuttiv hekk kif issa ġiet fit-tmiemha l-Festa ta’ San Filep. Diġa sar xi ħasil fejn meħtieġ u fejn jippermeti l-armar. Grazzi lil kull min għina nżommu nadif.”
Kemm hu sabiħ nuru gratitudni ma’ dawk kollha li jagħtu kontribut fis-soċjeta!