Illum Jiġi Ċċelebrat Għeluq Snin Patri Alexander Cauchi – Wieħed Mill-Patrijiet Agostinjani Magħrufa F’Malta

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Patri Alexander Cauchi OSA li llum qed jiċċelebra għeluq sninu.

Patri Alexander Cauchi twieled f’San Ġiljan fis-16 ta’ Ġunju 1971. Wara li għamel is-sena tan-Novizzjat f’Tolentino, l-Italja, huwa għamel l-ewwel professjoni tiegħu fil-familja Agostinjana fit-13 ta’ Settembru 1991. Aktar tard, fit-13 ta’ Novembru 1994, għamel il-Professjoni Solenni.



Huwa ġie ordnat saċerdot fit-18 ta’ Ottubru 1996 u matul is-snin serva f’diversi realtajiet pastorali Agostinjani madwar Malta. Fosthom insibu l-ħidma tiegħu fir-Rabat, Ħal Tarxien u fil-Kulleġġ Santu Wistin. Għal diversi snin serva wkoll fil-Komunità Agostinjana tal-Belt Valletta. Illum, Patri Alexander qed jaqdi l-ministeru tiegħu bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta.



Fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, nawgurawlu saħħa, paċi u ħafna snin oħra ta’ servizz fil-ħidma pastorali tiegħu. 



Ritratti:

Fb/ St Julian’s Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI