Il-Preżentatur Popolari Brittaniku Jeremy Clarkson Jiżvela Li Għandu Kanċer Waqt Il-Filming Ta’ Waħda Mis-Sensiliet Tiegħu!

Il-preżentatur magħruf Jeremy Clarkson żvela li wara xi testijiet li sarulu skopra li għandu kanċer aggressiv, aħbar li ħarġet waqt l-aħħar episodji tas-serje Clarkson’s Farm. Clarkson, ta’ 66 sena, spjega li l-kanċer instab fi stadju bikri ħafna u li diġà sarulu intervent fejn tneħħiet parti mill-prostata tiegħu.



“Hu aggressiv, iżda nstab kmieni ħafna,” qal Clarkson, filwaqt li assigura lill-partitarji tiegħu li jemmen li se jirkupra. Din hija l-aħħar sfida tas-saħħa għall-eks preżentatur ta’ Top Gear, hekk kif kien ukoll għadda minn proċedura relatata mal-qalb xi snin ilu.



Clarkson qal li għal xi żmien se jkollu jnaqqas mill-impenji tiegħu waqt li jkompli bit-trattament.



Ritratti:

Facebook / Jeremy Clarkson

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI