“Grazzi Alla” – Henry Zammit Cordina Jiċċelebra Għeluq Is-68 Sena Tiegħu

L-attur u personalità magħrufa Maltija Henry Zammit Cordina lbieraħ iċċelebra għeluq sninu, hekk kif għalaq 68 sena. F’messaġġ qasir iżda sinċier li qasam fuq il-midja soċjali, Henry ippubblika ritratt antik tiegħu u kiteb, “Tant snin ilu… Awguri lili nnifsi f’għeluq snini… Grazzi Alla.”

Il-messaġġ, mimli gratitudni u riflessjoni, ġibed bosta awguri mingħand ħbieb, kollegi u segwaċi li ngħaqdu miegħu biex jiċċelebraw din l-okkażjoni speċjali. Hu qasam ritratt minn tfuliti li ċertament ġibed ħafna attenzjoni.



Henry, li twieled fis-16 ta’ Ġunju 1958, huwa wieħed mill-aktar atturi magħrufa fix-xena lokali, b’karriera twila li tinkludi produzzjonijiet televiżivi u films kemm Maltin kif ukoll internazzjonali.



Minn naħa tagħna, nawguraw lil Henry ħafna aktar snin ta’ saħħa, ferħ u suċċess.



Ritratti:

Facebook / Henry Zammit Cordina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI