Il-Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi sellmet lil Mons. Charles Attard u Mons. Karm Mercieca fl-okkażjoni tal-anniversarju saċerdotali tagħhom. F’messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, il-parroċċa awgurat liż-żewġ saċerdoti, li huma membri fil-Kapitlu Ġorġjan, filwaqt li rringrazzjathom tal-ħidma pastorali u spiritwali li jwettqu fil-komunità.
“Nawguraw lil Mons. Charles Attard u lil Mons. Karm Mercieca, membri fil-Kapitlu Ġorġjan, li llum qed jiċċelebraw l-anniversarju saċerdotali tagħhom,” kitbet il-parroċċa. Il-messaġġ kompla b’ringrazzjament għas-servizz tagħhom fost il-poplu Qormi, filwaqt li l-komunità ġiet mistiedna żżommhom fit-talb tagħha.
“Filwaqt li nirringrazzjawhom tal-ħidma li qed iwettqu fostna, inżommuhom fit-talb tagħna,” temmet tgħid il-parroċċa. L-anniversarju saċerdotali huwa mument ta’ riflessjoni u gratitudni għall-vokazzjoni u s-servizz li s-saċerdoti joffru lill-Knisja u lill-komunitajiet tagħhom matul is-snin.
Il-Membru Palamentari Jerome Caruana Cilia għadda l-awguri lilhom u lil Mons. Carmel Farrugia li flimkien magħhom qed jiċċelebra 49 sena f’din il-missjoni. Hu kiteb, “49 SENA SAĊERDOTI – AD MULTOS ANNOS. Awguri mill-qalb lil Mons. Karm Mercieca u Mons. Carmel Farrugia, minn Ħal Qormi u Mons. Charles Attard mis-Siġġiewi li qed jiċċelebraw id-49 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhom.”
Hu temm jgħid, “Grazzi tal-ħidma tagħkom fostna l-Qriema. Nitolbu għalikom.” F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom aktar snin ta’ ħidma f’din il-vokazzjoni.
Facebook / Kunsill Lokali Qormi