Ftit Jiem Ilu Għalqet 103 Snin… Tgħix F’Kunvent Flimkien Maż-Żewġ Ħutha Li Wkoll Huma Sorijiet

Ftit jiem ilu, Sr Josephine Darmanin iċċelebrat l-età sabiħa ta’ 103 snin. Bħalissa hi għandha wkoll il-privileġġ li qed tgħix fl-istess kunvent maż-żewġ ħutha li wkoll huma sorijiet.

F’intervista mal-preżentatur Jürgen Manicolo, Sr Josephine tiftakar fil-mument meta kellha għoxrin sena u għażlet li tiddedika ħajjitha għall-Mulej.

Fi kliemha, hi tistqarr li “jien għent lill-Mulej u l-Mulej għen lili”, hekk kif tirrikonoxxi li bħal kulħadd, bħala umana, hi affaċjat bosta tentazzjonijiet matul is-snin.



Nawguraw lil Sr Josephine iżjed snin ta’ saħħa u paċi!





Ritratti:

Facebook / TVAM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI