Tqum Kontroversja Wara Li Partitarji Tal-Futbol Libbsu L-Istatwa Ta’ Ġesù L-Kit Tat-Tim Tagħhom

Jissoktaw il-kontroversji marbuta mat-Tazza tad-Dinja. Dan hekk kif fuq il-midja soċjali tqanqlet kemxejn ta’ kontroversja wara li ttelgħu ritratti u filmati fejn partitarji tal-futbol jidhru li libbsu l-kit tat-tim nazzjonali Messikan lill-istatwa ta’ Ġesù tarbija.

Min-naħa tagħhom, il-partitarji Messikani saħqu li din hija tradizzjoni li ilhom jippratikaw għal iżjed minn ħamsin sena, dejjem fl-istess Knisja. Spjegaw li t-tifsira ta’ din it-tradizzjoni hi li jitolbu lill-Mulej sabiex din id-darba jkun pajjiżhom li jkollu l-unur jerfa’ t-trofew tat-Tazza tad-Dinja.

Intant, il-kontroversja ssoktat meta l-Kappillan tal-lokal li ħa f’idejh it-tmexxija ta’ din il-Knisja riċenti għażel li jipprojbixxi din it-tradizzjoni għaliex iddeskriviha bħala waħda “diżrispettuża”.

Min-naħa ‘l oħra, fuq il-midja soċjali, mitt bniedem mitt fehma. Filwaqt li kien hemm min sostna li fil-fehma tiegħu m’hemm xejn ħażin f’din it-tradizzjoni, oħrajn fissru d-diżappunt tagħhom li elementi li huma ta’ tant importanza għar-reliġjon Kristjan qed jiġu użati b’dan il-mod.



Sors: The Jerusalem Post





Ritratti:

Facebook / John-Carlos Estrada CBS Austin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI