Il-ħidma tal-AAA tkompli tħalli l-frott u tgħin sabiex iżjed annimali jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn meta jisfgħu vittma ta’ xi forma ta’ krudeltà.
Iktar kmieni dil-ġimgħa, l-AAA fil-fatt irnexxielha ssalva kelb li ttieħed għandhom b’saqajh miksura wara li evidentament kien għadu kif qala’ daqqa ta’ karozza.
L-AAA tispjega kif b’xorti tajba issa l-kelb qed jirkupra hekk kif ingħata t-trattament u saritlu l-operazzjoni li kien jeħtieġ.
Prosit lill-AAA tal-ħidma tagħhom!
Facebook / AAA