“Nixtieq Ngħid Grazzi Kbira Lil Kulħadd Tal-Mijiet Ta’ Messaġġi Sbieħ Li Bgħattu Lill-Għażiża Ommi” – Ivan Gaffiero

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Ivan Gaffiero rrinigrazzja lil kull min awgura lill-għażiża ommu f’jum għeluq sninha.

Hu kiteb, “Bongu ħbieb, ma nafx minn fejn se nibda, iżda nixtieq ngħid grazzi kbira lil kulħadd tal-mijiet ta’ messaġġi sbieħ li bgħattu lill-għażiża ommi fl-okkażjoni tat-80 sena tagħha. Grazzi lil dawk kollha li attendew għall-quddiesa tant sabiħa li organizzajna fil-Kapuċċini, il-Floriana, u grazzi speċjali lis-saċerdot tal-quddiesa għall-kliem u ċ-ċelebrazzjoni mill-isbaħ.”



Żied jgħid, “Onestament m’għandix kliem biżżejjed biex nesprimi kemm inħossni grat. Meta rajt lil ommi daqshekk ferħana, u rajt lil missieri bid-dmugħ f’għajnejh bl-emozzjoni, ħassejt sodisfazzjon kbir. Fil-ħajja, uru mħabba lil dawk li tħobbu kemm-il darba tistgħu, għax dawk il-mumenti ma għandhomx prezz.”



Nawguraw lil omm Ivan f’din il-ġurnata tant speċjali! Nisperaw li kellha ġurnata mill-isbaħ!



Ritratti:

Facebook / Gaffiero Ivan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI