“Is-Sabiħa Pearl Ġiet Għandna Għall-Ewwel Darba Qattusa Tqila… Issa Qiegħda Tistenna Dar” – Animal Welfare Gozo

Qattus

Animal Welfare Gozo qasmet l-istorja ta’ Pearl, qattusa sabiħa li waslet għandhom meta kienet tqila. Sabiex tingħata ambjent sigur u komdu, Pearl intbagħtet għand fosterer fejn setgħet twelled il-frieħ tagħha taħt kura xierqa.

Wara li l-qtates żgħar tagħha kibru biżżejjed biex jiġu adottati, Pearl irritornat ma’ Animal Welfare Gozo, fejn issa qed tistenna familja ġdida li tagħtiha dar mimlija mħabba.

L-organizzazzjoni spjegat li Pearl hija mdorrija tkun madwar qtates oħra u għandha karattru ħelu. Tħobb ukoll ħafna wet food.

Animal Welfare Gozo appellat lill-pubbliku biex jikkunsidra l-adozzjoni ta’ Pearl sabiex din il-qattusa, li diġà għaddiet minn esperjenza importanti bħala omm, issib id-dar permanenti li jistħoqqilha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI