“Qed Jimmiraw Lejn Studenti U Ġenituri Permezz Ta’ Ħolqiet Foloz Ta’ Scholarships” – Avviż Mid-Dipartiment tat-Teknoloġija u l-Informatika

Klassijiet

Id-Dipartiment tat-Teknoloġija u l-Informatika qed iwissi lill-istudenti u lill-ġenituri dwar żieda ta’ tattiċi li qed jużaw kriminali online biex iqarrqu bin-nies.

Dawn l-iscams spiss jidhru bħala opportunitajiet attraenti ħafna ta’ studju jew għajnuna finanzjarja, iżda fil-verità jkunu mfassla biex jiġbru informazzjoni personali jew flus mingħand il-vittmi.

Il-frodisti qed jużaw diversi metodi, fosthom:

  • ħolqiet foloz li jidhru bħala siti uffiċjali ta’ universitajiet jew istituzzjonijiet;
  • talbiet għal ħlas ta’ “registration fee” jew “processing fee” li ma jeżistux;
  • emails jew messaġġi li joffru “borża ta’ studju garantita” mingħajr ebda proċess uffiċjali;
  • formoli li jiġbru dettalji personali u bankarji.

Jekk offerta tidher “tajjeb wisq biex tkun vera”, ħafna drabi tkun scam. L-istudenti huma mħeġġa biex ikunu kawti u jirrapportaw kwalunkwe messaġġ suspettuż lill-awtoritajiet kompetenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI