Charles Bonello, missier il-Membru Parlamentari Bernice Bonello, illum qed jiċċelebra għeluq il-55 sena tiegħu. Fl-okkażjoni ta’ dan il-jum speċjali, bintu u s-sieħba tiegħu qasmu messaġġi mimlijin imħabba u apprezzament fuq il-midja soċjali.
Bintu rringrazjatu “tal-imħabba, l-għożża u s-sagrifiċċji kollha” li għamel għaliha, filwaqt li Charmaine kitbet “Li tkun is-sieħba ta’ persuna tant impenjata mhux dejjem faċli. Kultant inħoss in-nuqqas tiegħek, kultant ikolli nagħmel appuntament biex narak, u kultant ikolli nikkompeti mal-mobile, il-laqgħat u l-politika!”. Madankollu, saħqet li dejjem baqgħet tammira l-passjoni, id-dedikazzjoni u l-impenn li Charles juri f’dak kollu li jagħmel.
Hija qalet li tħossha kburija tarah jaħdem b’ħeġġa u jagħti l-aħjar tiegħu kuljum, filwaqt li awguratlu aktar saħħa, ferħ u suċċess għas-snin li ġejjin. Ma naqsitx ukoll nota ta’ ċajt dwar l-età, meta qalet “tinkwetax dwar in-numru… għadek żgħir biżżejjed biex tagħmel pjanijiet kbar, imma kbir biżżejjed biex tibda tinsa’ għaliex dħalt f’kamra!”
It-tim ta’ Gwida wkoll jawgura lil Charles għeluq snin mill-isbaħ. Nittamaw li jkollu sena mimlija, saħħa, ferħ u hena.
Facebook/Charmaine Gerada u Bernice Bonello