Bħal-lum 142 sena ġrat ġrajja ġewwa l-gżira Għawdxija li minnha nibtet devozzjoni kbira lejn il-Madonna ta’ Pinu.
Kien it-22 ta’ Ġunju tal-1883 meta ġrat, qrib l-għaxra ta’ filgħodu, meta x-xebba Karmni Grima kienet sejra lura lejn darha.
Sal-lum il-ġurnata, eluf ta’ nies għadhom iżuru l-Bażilika tal-Madonna ta’ Pinu fir-raħal ċkejken tal-Għarb.
Martin Chetcuti jikteb, “22 ta’ Ġunju 1883. Is-Sejħa tal-Madonna il-Karmni Grima.” Qasam anke ritratt ta’ Karmni kif ukoll ritratt tal-Madonna ta’ Pinu.