“Il-Punent Tal-Ewropa Se Jinħakem Mit-Tieni Mewġa Ta’ Sħana Din Is-Sena” – It-Temp Madwarna B’Aġġornament Ieħor

Xemx

Bħalissa l-mewġiet tas-sħana qed jispikkaw madwar l-Ewropa u l-Punent hu fost l-iktar affettwati. Il-paġna It-Temp Madwarna qasmet aġġornament dwar dak li qed jiġru f’dik iż-żona, fosthom lejn l-Ingilterra u Franza.

“Dil-ġimgħa, il-Punent tal-Ewropa se jinħakem mit-tieni mewġa ta’ sħana din is-sena wara mewġa simili fl-aħħar ta’ Mejju 2026. Temperaturi li mistennija jqarrbu l-40°C fin-Nofsinhar tal-Ingilterra u saħansitra viċin il-45°C fil-Punent ta’ Franza!”

Il-paġna tkompli, “Din hi l-ewwel darba sa mill-1911 li żewġ mewġiet ta’ sħana jaħkmu lil dan ir-reġjun fi żmien xahar. L-ogħla temperatura hawn Malta qed tkun madwar 33°C, filwaqt li l-minima 22°C.”

Ir-ritratt tal-mappa jindika eżattament is-sitwazzjoni tat-temp.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI