Evelyn Saliba La Rosa flimkien mat-tim kollu tagħha f’Rikordja, tawna għadd kbir ta’ produzzjonijiet li bla dubju jibqgħu għal qalbna. Wara kull produzzjoni hemm tim li jaħdem bis-sħiħ biex jagħti l-aqwa riżultati.
Evelyn qasmet ritratt memorabbli meħud erba’ snin ilu, u użat dan il-kontenut biex tesprimi l-gratitudni li għandha lejn dawn it-tfajliet, li jiffurmaw parti mill-isforz tagħhom.
“Din ir-ritratt ħadnieh erba’ snin ilu… Onorata u kburija ngħid li dawn it-tfajliet sbieħ għadhom jagħżluna biex naħdmu magħhom… u aħna f’Rikordja m’hemm xejn jew ħadd li rridu iżjed… Grazzi għeżież għal dak kollu li tagħmlu. Inħobbkom.”
Prosit lil Evelyn u lit-tim kollu!
Facebook/ Evelyn Saliba La Rosa