Fuq il-midja soċjali, il-Malta Police Union ħabbret li għadu kif ħalla din id-dinja sfortunatament PC 703, Rico Aquilina. Huma esprimew il-kondoljanzi tagħhom lill-ħbieb u l-familjari.
Malli ħarġet l-aħbar, mijiet kienu dawk li fissru s-sogħba tagħhom. Dawk li nzertaw kellhom il-privileġġ li saru jafuh matul ħajtu ma kellhomx ħlief kliem ta' tifħir xi jlissnu dwaru. Fil-fatt, hu tfaħħar għad-dedikazzjoni li dejjem wera f'ħidmietu, u fuq kollox, għall-ġentlomerija li dejjem ħaddan fl-azzjonijiet u l-kliem tiegħu.
Strieħ fis-sliem, Rico!
Facebook / The Malta Police Union