Alan Montanaro għamel appell lill-pubbliku biex, matul il-ġranet sħan tas-sajf, ipoġġu xi kontenitur żgħira b’ilma frisk barra d-djar tagħhom, filwaqt li jiżguraw li l-ilma jinbidel regolarment, għall-annimali li jkunu għaddejjin barra f'dan it-temp.
"Jekk jogħġobkom poġġu skutella żgħira jew kwalunkwe kontenitur waterproof b'ilma nadif. biddel l-ilma regolarment," kiteb Alan.
Fl-appell tiegħu, Alan enfasizza li hekk kif it-temperaturi qed jogħlew, ħafna annimali mitluqa, għasafar, naħal u ħlejjaq oħra jsibuha diffiċli biex ikampaw fis-sħana intensa.
Huwa spjega wkoll li dawk li għandhom ġnien jistgħu jpoġġu xi ċagħaq jew ġebel żgħir fil-kontenitur tal-ilma sabiex in-naħal u insetti oħra li jdakkru l-pjanti jkunu jistgħu jixorbu mingħajr ma jirriskjaw li jegħrqu.
Montanaro qal li dan huwa ġest żgħir li ma jitlobx sforz kbir, iżda jista’ jagħmel differenza enormi għal annimal bil-għatx.
Facebook/ Alan Montanaro