“Ejja Nitolbu Għal Ruħu U Nagħtuh L-Isbaħ Tislima Li Jixraqlu” – Imħabbra D-Dettalji Tal-Funeral Ta’ Rico Aquilina

Tħabbru d-dettalji tal-funeral ta' Rico Aquilina, iż-żagħżugħ li ħalla warajh mewġa ta' niket fost il-familja, il-ħbieb u dawk kollha li kellhom il-privileġġ li jafuh.



Il-funeral se jsir nhar it-Tlieta, 30 ta' Ġunju, fit-3.30pm fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa. Qabel il-funeral, il-korteo se jitlaq mill-Isptar Mater Dei fis-13:15 b'eskorta mill-Pulizija u vetturi off-road. Fit-2.00pm il-purċissjoni tkompli minn Triq il-Parroċċa, il-Mellieħa, fejn magħha se jingħaqdu wkoll il-Malta Scouts. Aktar tard, fis-14:45, l-eskorta tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta se tkompli takkumpanja l-aħħar vjaġġ tiegħu sal-knisja.

Il-familja għamlet ukoll żewġ talbiet lil dawk kollha li se jattendu. L-ewwel nett, talbet biex in-nies ma jilbsux ħwejjeġ suwed. Barra minn hekk, minflok fjuri, kull min jixtieq jista' jagħmel donazzjoni lil Puttinu Cares permezz ta' kaxxa li se titqiegħed fil-knisja. F'messaġġ emozzjonanti, il-familja stiednet lil kull min kien jaf u kien iħobb lil Rico biex jingħaqad magħhom f'dan il-mument ta' tislima.

"Ejja nitolbu għal ruħu u ngħinuna nagħtu lil dan iż-żagħżugħ b'qalb tad-deheb l-isbaħ tislima li tassew jixraqlu. Il-preżenza tagħkom u t-talb tagħkom ifissru kollox għalina hekk kif niċċelebraw ħajtu," kitbet il-familja.

Ritratti:

Facebook / Rico Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI