“Qed Nitolbu L-Appoġġ Tagħkom Biex Ngħinu Nkopru L-Ispejjeż Veterinarji Ta’ Britney” – The Island Sanctuary Malta

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Island Sanctuary Malta laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ kelb ħelu immens, Britney, kif ukoll appellaw għall-għajnuna tal-publiku.

Huma qalu, “Britney huwa kelb ħelu ta’ 11-il sena li sfortunatament tilef lil sidu. Minkejja dak kollu li għadda minnu, għadu kelb mimli mħabba, ta’ qalb tajba u saħansitra jħobb jilgħab bil-ballun tiegħu. Dan l-aħħar għamel operazzjoni sabiex titneħħielu waħda minn għajnejh. Kien għama minn dik l-għajn u kienet qed tikkawżalu ħafna uġigħ, għalhekk l-operazzjoni kienet meħtieġa biex tingħatalu kwalità ta’ ħajja aħjar.”

Żiedu, “Issa qed nitolbu l-appoġġ tagħkom biex ngħinu nkopru l-ispejjeż veterinarji ta’ Britney. Kull donazzjoni, żgħira kemm hi żgħira, tagħmel differenza kbira u tgħinna nkomplu nagħtuh il-kura li tassew jistħoqqlu. Grazzi talli qed iżżommu lil Britney fil-ħsibijiet tagħkom u talli tappoġġjaw klieb bħalu. Kull donazzjoni u kull minn jixxerja dan l-appell ifissru ħafna għalina u għal Britney.”

Għal dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jagħmlu dan permezz ta:

Bank transfer: BOV 15805684014

Revolut: +356 79048680

SMS Donations:

50617368 – €2.33

50618082 – €4.66



50618935 – €6.99

50619265 – €11.65

BOV Mobile App: +356 79018901

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI