Ġo filmat li ppubblikaw Caritas Malta, Rodrick Zerafa jitkellem dwar il-ħajja tiegħu snin ilu meta kien joħroġ ma' sħabu.
Hu jirrakkonta, "Konna jiena u tlett iħbieb oħra tiegħi. Għidna tgħid inġibu waħda. Konna qed ngħidu għal waħda coke. U ġibna waħda coke. Dak iż-żmien għoġbitni imma ma kontx naf fejn ħa twassalni. Qatt."
Isemmi meta kien beda jmur l-Outreach, u eventwalment kien iddeċieda li jieqaf. "Għidtilha Ma, sakkarni x'imkien... u minn hemm imxejna għall-proċess biex nidħol San Blas. Hemm erġajt sibt lili nnifsi."
Titkellem anke omm Rodrick u b'emozzjoni ssemmi l-mumenti li affaċċjaw waqt dan il-vjaġġ. Rodrick isemmi l-imħabba lejn il-familja u kemm Caritas saru parti importanti mill-familja.
Illum il-ġurnata Rodrick jiddedika ħafna mill-ħin tiegħu għall-arti. Ara l-filmat HAWN