Amy U Drinu Jikkonfermaw Li Marru Għal Triqithom Wara Love Island Malta

Amy u Drinu, il-koppja li temmet il-vjaġġ tagħha fil-ħames post fl-aħħar edizzjoni ta' Love Island Malta, ikkonfermaw li ddeċidew li jmorru għal triqithom. Permezz ta' messaġġ fuq il-midja soċjali, it-tnejn ħabbru li temmew b'mod amikevoli s-sitwazzjoni tagħhom, u saħqu li d-deċiżjoni ttieħdet b'rispett lejn xulxin.

L-aħbar ma ġietx bħala sorpriża għal ħafna mit-telespettaturi tal-programm, li kienu ilhom jispekulaw li r-relazzjoni tagħhom ma kinitx se tkompli barra l-villa. Dan minkejja li matul il-programm, Amy kienet sostniet diversi drabi li hi u Drinu kellhom waħda mill-aktar relazzjonijiet b'saħħithom fil-villa.

Għalkemm l-istorja ta' mħabba tagħhom waslet fi tmiemha, jidher li t-tnejn għażlu li jżommu relazzjoni ta' rispett u jkomplu mexjin 'il quddiem separatament.

Ritratti:

Facebook / Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI