“Illum 13-il Sena Miżżewġin… Inħossni Fortunat Immens Li Għandi Mara Tant Tal-Għaġeb Maġenbi.” – Junior B Fl-Anniversarju

Koppja Junior B

Il-mużiċist Junior B kiteb fuq il-profil tiegħu messaġġ ta' gratitudni u ta' mħabba hekk kif ilbieraħ hu u martu ċċelebraw jum l-anniversarju. Fil-fatt ilbieraħ kien it-13-il anniversarju tagħhom.

"Illum 13-il sena miżżewġin. Huwa inkredibbli kemm itir malajr iż-żmien. Qisu lbieraħ konna sejrin fuq avventuri, noqogħdu barra sa kmieni filgħodu u noħolqu memorji flimkien."



Junior B ikompli, "Illum, bnejna familja sabiħa u qed inrabbu żewġt itfal tal-għaġeb li qed jikbru malajr wisq. Inħossni fortunat immens li għandi mara tant tal-għaġeb maġenbi."

Għalih martu hi mara inkredibbli, u omm mill-aqwa għal uliedhom. Awguri mill-qalb fl-anniversarju!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI