Ritratt Spettakolari Tal-Qamar Jaqbad Mument Uniku Ta’ Ajruplan Jgħaddi Minn Quddiemu

Fotografu Malti, indirizzat fuq il-paġna soċjali tiegħu bħala Martin Seychell Photography, qasam ritratt mill-isbaħ tal-qamar mimli li deher ilbieraħ 29 ta’ Ġunju. 



F’dan ir-ritratt partikolari u uniku jidher fih ajruplan jgħaddi eżatt quddiem il-qamar mimli u għalhekk joħloq xena tassew impressjonanti.Ir-ritratt, li ġibed l-attenzjoni ta’ bosta fuq il-midja soċjali, juri s-sbuħija tan-natura flimkien mal-moviment tal-ħajja moderna, hekk kif is-siluwett tal-ajruplan jidher quddiem il-qamar jiddi fis-sema tal-lejl.

Biex jinkiseb dan it-tip ta’ ritratt hemm bżonn  ta’ ħafna paċenzja, ħin preċiż u ppjanar tajjeb, hekk kif il-fotografu jrid jaħtaf il-mument eżatt meta l-ajruplan jgħaddi minn quddiem il-qamar għal ftit sekondi biss.

Dan huwa ritratt li ma tistax tinjorah  u filwaqt li jolqot l-attenzjoni ta’ bosta, dawk li huma midħla tal-fotografija jistgħu jarawh minn lenti artistika – fejn ix-xogħol, id-dedikazzjoni u d-dettall jispikkaw u japprezzawhom b’għajnejn differenti.

Ritratti:

Fb/ Martin Seychell Photography

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI