Iż-Żagħżugħa Shezneia Twettaq Il-Ħolma Tagħha U Tippubblika L-Ewwel Ktieb Bil-Malti

Skont informazzjoni li ttellgħet fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares, Shezneia Grech, tfajla ta’ 12-il sena, se tkun preżenti fil-Fiera tal-Kotba b’risq Puttinu fejn se tkun qed tbigħ il-ktieb tagħha Delitt fil-Katakombi.



Shezneia spjegat li sa minn età żgħira ħafna kellha x-xewqa li tikteb ktieb, hekk kif il-lingwa Maltija dejjem kienet għal qalbha. Illum, dik il-ħolma saret realtà wara li rnexxielha tlesti u tippubblika l-ewwel xogħol tagħha.

Hi rrakkontat ukoll li dan il-proġett seta’ jitwettaq grazzi għall-ġenerożità ta’ ħafna Maltin li taw donazzjonijiet biex il-ktieb ikun jista’ jara d-dawl. B’mod partikolari, irringrazzjat lill-familja tagħha, li ddeskriviet bħala l-akbar sapport tagħha tul dan il-vjaġġ.

“Dan il-ktieb tela’ bis-saħħa tagħkom, għax ħafna qlub Maltin tawni donazzjonijiet biex seta’ jinbena dan il-proġett,” qalet Shezneia fil-messaġġ tagħha.

Ritratti:

Fb/ Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI