“Twissija Ta’ Riħ Qawwi – Ir-Riħ Mill-Majjistral (NW) Mistenni Li Jibda Jitqawwa Iżjed Tard Illum Waranofsinhar” – It-Temp Madwarna

Fuq il-paġna It-Temp Madwarna ġiet ippubblikata twissija ta' riħ qawwi, hekk kif mistenni jitqawwa mal-ħin.

"Ir-riħ mill-Majjistral (NW) mistenni li jibda jitqawwa iżjed tard illum waranofsinhar (sa Forza 4) u jkun l-aktar qawwi għada l-Ħamis 2/7 waranofsinhar (sa Forza 6). Ir-riħ jibda jbatti mill-Ġimgħa 3/7 u jerġa’ jikkalma sas-Sibt 4/7. It-temperaturi se jinżlu b’madwar 4°-5°C u fir-riħ ikunu jinħassu aktar friski."



It-twissija tkompli li l-pubbliku għandu jevita l-bajjiet fejn jaqbel ir-riħ speċjalment lejn l-Armier, iċ-Ċirkewwa, Fomm ir-Riħ, il-Ġnejna, Għajn Tuffieħa u l-Mixquqa, Marsalforn u d-Dwejra.

Dan minħabba l-mewġ u l-imbatt bejn il-Ħamis 2/7 u s-Sibt 4/7 filgħodu. It-twissija tkompli, "Evitaw li tħallu dgħajjes żgħar mhux marbuta u fittxu l-kenn... Ħudu ħsieb l-armar tal-festa."

Is-servizz bil-fast ferry mistenni jiġi sospiż temporanjament. Din it-twissija se tidħol fis-seħħ minn tard illum l-Erbgħa. Nistennew aktar aġġornamenti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI