Il-Membru Parlamentari Fleur Abela sellmet lil missierha f’għeluq sninu permezz ta’ messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali, fejn fissret il-gratitudni u l-imħabba kbira li tħoss lejh. "Happy birthday, Papa!" kitbet Fleur fil-bidu tal-messaġġ tagħha, qabel irringrazzjatu talli hu u ommha dejjem ħallew lil uliedhom ikunu huma stess u talli dejjem ħabbewhom bla kundizzjonijiet.
Fost l-aktar kliem li laqat kien meta stqarret kemm tieħu gost meta n-nies jgħidulha li tixbah ħafna lill-ġenituri tagħha. "Kemm inkun kuntenta meta jgħiduli: ‘Kemm tixbah lill-ġenituri tiegħek, ma tistax tgħid li m’intix tagħhom.’ Dik hija waħda mill-isbaħ kumplimenti li nista’ nirċievi. Kemm jien kburija bik u bil-Mama," kitbet.
Fleur temmet il-messaġġ tagħha b’awgurju lil missierha, f’isimha u f’isem Argo, fejn qaltlu, "Inħobbuk, Pops! Awguroni mingħandi u Argo." Aħna ningħaqdu fl-awguri lil missier Fleur f’din il-ġurnata speċjali u nawgurawlu ħafna saħħa u snin sbieħ oħra mal-familja tiegħu.
Facebook / Fleur Abela